Għalkemm il-preżentatriċi llum se tkun qed tiċċelebra Jum San Valentinu mal-maħbub tagħha Paul Sparling, hi ma naqsitx milli ħasbet f’dawk kollha li mhumiex qegħdin f’relazzjoni ma’ ħaddieħor.
Dwar il-maħbub tagħha, hi kitbet li: “Hu ġiegħelni nħobb il-muntanji u l-borra. U jien ġegħlitu jħobb il-baħar u x-xemx. It-trick… qatt mur imma dejjem mur… Meta ma tagħlaqx il-bibien u tpoġġi l-limiti, l-għeġubijiet tad-dinja jinfetħu għalik.”
Iżda fakkret ukoll fir-relazzjoni li għandu jkollna magħna nfusna, kemm jekk aħna single jew kemm jekk qegħdin f’relazzjoni: “Jum San Valentinu t-tajjeb u jekk m’intix f’relazzjoni bħalissa, agħti lilek innifsek imħabba u fiduċja sabiex tiġi lejk mis-sors.”
Facebook/Clare Agius