Animal Welfare Gozo qasmu avviż importanti dwar kelb li nġabar ftit ilu. Jappellaw għal kull għajnuna li tista’ tingħata biex jerġa’ jingħaqad mas-sidien tiegħu.
“Dan il-kelb inġabar minn Triq Borg Gharib, Għajnsielem. Huwa mhux microchipped, iżda nstab liebes kullar. Jekk tagħraf lil dan il-kelb jew għandek xi informazzjoni, jekk jogħġbok ċempelna minnufih fuq 7969 1717.”
Bħalissa sfortunatament jinsabu mimlijin, u importanti li jingħaqad ma’ niesu malajr kemm jista’ jkun. “Ma nistgħux nieħdu aktar klieb sakemm ma jsirx spazju permezz ta’ adozzjonijiet jew foster placements.”