Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The People of Malta laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Katrina Borg, mara li tħobb ferm il-Karnival.
Hi qalet, “Kull kostum li nixtri u nilbes ma narmihx. Jekk tiġi d-dar se ssib bosta partijiet minn kostumi li nkun ilbist fis-snin li għaddew. Il-washroom tad-dar saret qisha mużew tal-kostumi kkuluriti tal-karnival. Ma nistax ngħid li nilbes u ngawdi l-kostum tal-karnival għal dawn il-ħamest ijiem tal-karnival biss, għax kollox jibda mill-preparazzjoni. Hemm ħafna dedikazzjoni wara kull kostum, żifna u karru tal-karnival.”
Żiedet, ”L-uniku żmien li waqaft nipparteċipa kien meta dħalt l-università għax kelli prijoritajiet oħrajn. Niftakarni kont nispiċċa nħossni ħażin li ma lbistx tal-karnival u ma pparteċipajtx. Nagħmel is-sagrfiċċji biex nasal nixtri kostum. Infaddal għalih minn kmieni.”