"Jekk Xi Ħadd Kontinwament Jurik Nuqqas Ta' Apprezzament, Ħallihom!”- Maria La Barokka Muscat

Maria La Barokka Muscat fuq il-mezzi soċjali tagħha taqsam ħsieb li importanti li fil-ħajja nagħtu kasu u nattwawh aħna wkoll.

Hi tikteb, “Illum tgħallimt xi ħaġa mportanti: “Jekk xi ħadd kontinwament jurik nuqqas ta’ apprezzament, ħallihom! Jekk nies ma jweġbux messaġġi li tkun bgħatt, u taf li jkunu rawhom, ħallihom!”





Maria tkompli, “Jekk nies qrib tiegħek juruk li m’intix importanti għalihom, għal darba, tnejn, tlieta..ħallihom! Ma tistax tikkontrolla kif jaġixxu n-nies, imma tista’ tikkontrolla biss kif taġixxi inti! U għandek tħallihom… Min jurik x’inhu, emmnu u mhux tiskużah.”

Hi ttemm tgħid, “Tibda tħossok ħieles u tgħix. Alla kbir, u jbierkek.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI