Sfortunatament lura f’Settembru 2011 tħabbret il-mewt ta’ persuna maħbuba immens, Umberto Latina. Telfa li ħadd ma kien qed jistenna u li niktet lil bosta, speċjalment lill-komunità Bormliża.
Larkin Bonnici, minn Fgura United FC, sellem il-memorja tiegħu,
“Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, il-memorja tiegħek tibqa’ tidwi f’moħħna u f’qalbna. Kemm għandna xi ngħidu la nerġgħu niltaqgħu… Sadanittant, nibqgħu ngħixu l-umiltà tiegħek li tant għallimtna mingħajr ma taf. Awguri ħabib”
Insellmu l-memorja ta’ Umberto. Tassew kienet telfa li ħalliet tant dieqa.