Il-Membru Parlamentari Ewropew Peter Agius qasam ritratt tal-bust tal-mibki Pawlu Curmi, li aktar kmieni kien tħabbat li ser jiġi inawgurat b’mod uffiċjali mill-bravissimu Indri Attard. Pawlu jibqa’ magħruf minn ħafna bħala l-Pampalun.
Sfortunatament il-Pampalun kien ħalla din id-dinja fit-8 ta’ Novembru tal-2023. Dan il-bust ġie inawgurat fis-13:30 fi Ġnien Peacock ġewwa l-Belt Valletta.
“Hekk sewwa u xieraq – Il-bust tal-Pampalun ilbieraħ sab postu fil-Belt Valletta. L-ikona tal-belt u tal-Karnival imfakkar grazzi għall-idea tal-Kunsillier Belti Mark Spiteri Lucas imwettqa bit-talent straordinarju ta’ Indri Attard.”
Prosit tassew Indri!
Facebook/ George Curmi Puse