Illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-attur lokali Andy Catania.
Andy żgur li jibqa’ magħruf l-iżjed għas-sehem tiegħu fis-sensiela Klassi Għalina fejn kien interpreta l-parti ikonika ta’ Ġino l-Kink.
Apparti minn hekk Andy ħa sehem f’diversi films Maltin tul is-snin fosthom Maltageddon, Klassi Għalina: Mission To Moscow kif ukoll Klassi Għalina vs Dragula.
Fost oħrajn awgurawlu l-isbaħ xewqat it-tim ta’ Klassi Għalina.
Nawgurawlu l-isbaħ xewqat!
Facebook / Andy Catania u Facebook / Klassi Għalina