Puttinu Cares iħabbru l-mewta ta’ Lewis Xiberras li kellu 68 sena. Il-familja u l-ħbieb tiegħu għamlu ġabru b’donazzjoni għall-bżonnijiet ta’ Puttinu Cares.
Huma jiktbu, “B’niket inħabbrulkom li Lewis Xiberras ħalliena fl-età ta’ 68 sena. Jiddispjaċina ħafna għal din it-telfa u nibqgħu niftakruh b’ħafna mħabba. Il-familja u l-ħbieb ġabru €600 bħala ġest ta’ solidarjetà u preżentaw din id-donazzjoni lil Puttinu. Grazzi ħafna u kondoljanzi lill-għeżież tiegħu. Inżommukom fit-talb tagħna.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja ta’ Lewis Xiberras u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u l-ħbieb ta’ Lewis. Strieħ fis-sliem għażiż!