Kollox qed jindika li l-każijiet li għandna nistennew illum ħa jinżlu taħt il-100. It-tabib Frank Portelli qal li sat-08:00 ta’ dalgħodu kien hemm madwar 90 każ pożittiv. Dan żgur li jawgura tajjeb meta mqabbel man-numri li kellna lbieraħ fl-istess ħin.
Mill-banda l-oħra, Gerald Fenech ħareġ aġġornament għal madwar id-09:00 fejn qal għandna nistennew madwar 95 każ pożittiv illum. Ir-rata ta’ trasmissjoni tinsab ftit inqas minn 1. Dan jawgura tajjeb immens u l-awtoritajiet tas-saħħa dejjem ħadmu sabiex ninżlu taħt il-wieħed.
Għalkemm in-numri jidhru pożittivi, irridu nieħdu ħsieb u noqogħdu attenti xorta waħda. Niftakaru li xorta waħda għad għandna aktar minn 2,000 każ pożittiv f’pajjiżna u l-unika mod kif nibqgħu nnaqqsu l-każijiet pożittivi hu li nimxu mal-mezzi ta’ mitigazzjoni.