“Jidher Li S-Sistema Tal-Katusi L-Antika Ma Felħitx Għal Din Il-Kwantità Ta’ Ilma, U Qed Ifurilna Fil-Knisja” – Knisja Ta’ Ġieżu – Patrijiet Franġiskani L-Belt Valletta

Fost il-bosta li sofrew ħsarat kawża tat-temp estrem li ħakem lil pajjiżna hemm il-Patrijiet Franġiskani tal-Belt Valletta proprju fil-Knisja ta’ Ġieżu. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Knisja Ta’ Ġieżu – Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta qalu, “Itolbu għalina; jidher li s-sistema tal-katusi l-antika ma felħitx għal din il-kwantità ta’ ilma, u qed ifurilna fil-Knisja.”

Fil-kummenti talbu wkoll għall-għajnuna tal-publiku fejn qalu, “Jekk xi ħadd mill-Belt jista’ jiġi jgħin mingħajr ma jidħol f’periklu jista’ jiġi. Ġibu magħkom squeeżer, barmil u pala.”

Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu jagħtu daqqa t’id biex jagħmlu dan!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI