“Jien Spiċċajt Nieħu D-Droga, Niġri, Ma Rabbewnix Hekk” – John Busuttil

Fuq Popolin, kien hemm diskussjoni dwar kif irabbuna l-ġenituri u l-karattru ta’ persuna, u kif dawn jaffettwaw il-ħajja tagħna.

John Busuttil fetaħ fuq punt xi ftit personali hekk kif spjega li minkejja l-mod kif rabbewh il-ġenituri tiegħu, fil-passat tiegħu hu għamel affarijiet li issa jiddispjaċieh minnhom.

Hu spjega, “Jien ommi u missieri kienu t-tnejn tal-knisja, it-tnejn bilgħaqal, ħlief quddies, knejjes, xejn iżjed. Bilgħaqal, ħa ngħidu hekk dak iż-żmien. Jien spiċċajt nieħu d-droga, niġri, ma rabbewnix hekk imma jien spiċċajt it-taħwid kollu tat-triq għamiltu kollu. Wara, mhux illum ta,  ilu ftit, erġajt ġejt għal dik il-ħajja li tawni fil-bidu.”

Nammiraw tassew il-kuraġġ tiegħu li jkun onest dwar il-passat. Minkejja kollox, hu xorta waħda rnexxielu jbiddel ħajtu u jimxi fit-triq it-tajba.

 





Facebook / Popolin



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI