"Jien Tlift Xogħli Vera, Parti Kbira Minn Ħajti, Imma…" – Pamela Bezzina B'Lenti Pożittiva

Wara l-pandemija li għaddejna minnha, Pamela Bezzina bħal ħafna oħrajn kellha tesperjenza waqfa twila minn dak li tant għandha passjoni għalih. Madanakollu fl-ebda ħin ma ħalliet lil din is-sitwazzjoni preżenti tkissirha, anzi llum urietna t-tifsira vera ta’ meta tkun pożittiva.

“Għawdxija u kburija – Dan iż-żmien tal-covid affettwa lil ħafna nies b’modi differenti – jien tlift xogħli vera, parti kbira minn ħajti, imma ndunajt li għalkemm importanti, mhuwiex kollox. Kieku llum kont xogħol imma ġie kkanċellat!”

Pamela tisħaq li kemm ilha toħroġ u tgawdi l-ħajja, irnexxielha tesperjenza postijiet ġodda, mumenti sbieħ u milli jidher anke fir-ritratti li xeħtet, kumpanija għal qalbha! “Minn lenti pożittiva, kelli ċans niskopri ħafna kantunieri ġodda Malta u Għawdex, u b’wiċċi minn quddiem ngħid kemm għandna biex niftaħru bil-ġmiel ta’ pajjiżna!”

Tagħlaq il-ħsieb tagħha billi tistieden anke lilna lkoll biex nieħdu dan iċ-ċans fejn forsi żdied aktar il-ħin liberu u ngawdu l-ġmiel tal-ħolqien. ” qumu kmieni u morru tpaxxew biż-żernieq, ħudu nifsijiet tajbin, u apprezzaw ix-xenarji uniċi”





Pamela, prosit ta’ dawn l-erba’ kelmiet pożittivi. Attitudni ta’ min jammiraha!

Facebook/ Pamela Bezzina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI