"Jien Ukoll Jiġu Mumenti Fejn Ma Nħossnix Tajba…" – Claire's Curves Tkun Ta' Ispirazzjoni Għal Ħafna

Claire’s Curves, influencer Maltija li ta’ spiss titkellem dwar l-importanza li nemmnu fina nfusna, nħobbu lilna nfusna u nkunu kunfidenti xtaqet tħalli messaġġ dwar dak li lilha jsaħħaħha anke meta ma tkunx fl-aħjar mumenti.

“Jien ukoll jiġu mumenti fejn ma nħossnix tajba bħas-soltu u hemm fejn insib lil żewġi għalija” tikteb Claire. Hi tgħid li l-qawwa biex nkunu kunfidentżi tiġi minn dawk li jappoġġjawna kull ħin u “jagħmlu d-differenza kollha”. Fil-każ tagħha hi dejjem issib lil żewġha bħala dak li l-iktar jemmen fiha nnifisha.

Claire tirringrazzjah u permezz tar-ritratti li tefgħet fuq il-profil tagħha turi kemm bniedem wieħed li jħobbok kapaċi jlissinlek tbissima fuq fommok u jagħmlek l-aktar persuna kuntenta fuq wiċċ id-dinja!





Reno Rapa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI