“Jiena Skola Sfortunatament Kont Qed Intiha Bis-Sieq….Dik Il-Ħaġa Ta’ Bilqiegħda Ma Kinitx Għalija” – Sean Gravina

Sean Gravina, kok prominenti fix-xena lokali u eks player tal-waterpolo, kif ukoll ir-raġel ta’ Ira Losco, kien il-mistieden fuq il-podcast Kellymni ma’ Melanie Kelly fejn iddiskutew diversi suġġetti interessanti. Jghid ukoll li meta bidel minn skola tal-privat għal tal-gvern irnexxielu jitgħallem jitkellem bil-Malti minħabba f’tal-privat kienu jitkellmu bl-Ingliż.

“Jiena skola sforuntament kont qed intiha bis-sieq. Mhux għax kont qed intiha bis-sieq biss, dik il-ħaġa ta’ bilqiegħda ma kinitx għalija. Jiena ADHD. Int u tikber mill-esperjenza tiegħi iktar tikkalma. Teqliblek f’xi affarijet ukoll meta tikber. Tibda tikkontrolla lilek innifsek.”

Madwar id-dinja kollu llum huwa ddedikat għal kundizzjoni tal-ADHD – ġurnata ddedikata biex tqajjem kuxjenza dwar l-isfidi u s-saħħiet ta’ dawk li jgħixu b’dan il-kundizzjoni. Niċċelebraw il-kreattività, l-enerġija u l-mod uniku kif jiffaċċjaw il-ħajja, waqt li nħeġġu aktar empatija, appoġġ u għarfien fis-soċjetà tagħna.

Kompli segwi dan l-episodju hawnhekk

Ritratti: Kellymni / Youtube







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI