Tissokta l-kontroversja dwar jekk pajjiżna għandux jieħu sehem fil-Eurovision Song Contest. Dan hekk kif issa tnediet ukoll kampanja li qed tħeġġeġ sabiex pajjiżna jirtira l-parteċipazzjoni tiegħu minn din il-kompetizzjoni mużikali fl-isfond tad-deċiżjoni li l-Iżrael jitħalla jipparteċipa.
L-imħuh wara din il-kampanja li ġġib l-isem ta’ ‘Malta: No Music For Genocide’, qed isostnu li pajjiżna għandu jingħaqad ma’ Spanja, l-Irlanda, l-Islovenja, l-Olanda u l-Islanda wara li dawn xi ġimgħat ilu ħabbru li kienu se jibbokjotjaw din il-kompetizzjoni mużikali minħabba l-istess raġuni.
Il-qofol ta’ din il-kampanja mistenni jintlaħaq fil-21 ta’ Frar fejn qed jistiednu lil kull min huwa tal-istess fehma tagħhom sabiex jingħaqad fi protesta fil-Belt Valletta.
Sadanittant, f’pajjiżna jidher li hawn fehmiet imħallta dwar dan is-suġġett hekk kif filwaqt li hemm min li qed isostni li pajjiżna għandu jagħmel bojkott, oħrajn qed jisħqu li l-arti u l-mużika għandhom jitħallew ħielsa minn kull kontroversja politika.
Intom x’taħsbu dwar dan?
ChatGPT u Facebook / Malta Weather