Jikteb L-Istorja Billi Jsir L-Ewwel Wieħed Fl-Istorja Ta’ Pajjiżna Li Ggradwa Bil-PhD Fl-Istring Theory

Wara li ilu għal dawn l-aħħar snin jistudja barra minn xtutna, ir-riċerkatur Malti Gianbattista-Piero Nicosia għadu kif sar l-ewwel string theorist f'pajjiżna. Dan wara li hu rnexxielu jiggradwa b'suċċess bil-PhD fil-fiżika teoretika billi speċjalizza fl-istring theory.

It-teżi li ssottometta Gianbattista-Piero u li permezz tagħha rnexxielu jikseb dan il-prestiġju akkademiku qiegħda wkoll tikkontribwixxi fl-istudju internazzjonali tax-xjenza.

Hu beda t-traġitt akkademiku sabiex jikseb dan il-PhD lura fl-2021 meta beda jistudja fl-Università ta' Amsterdam, ġewwa l-Olanda.

Nawguraw lil Gianbattista-Piero iżjed suċċess fil-karriera tiegħu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI