Jingħad Li Mewġa Oħra Mistennija Tolqotna Mill-Ġimgħa D-Dieħla – It-Temp Madwarna

Għalkemm fl-aħħar jiem it-temperaturi niżlu xi ftit u qed naraw ukoll aktar sħab, jidher li s-sħana qawwija għadha ma spiċċatx għal dan is-sajf.

Xahar ilu Malta kienet għaddejja mill-eqqel fażi tal-aktar mewġa ta’ sħana qawwija ta’ dan is-sajf. F’Lulju ġiet irreġistrata temperatura ta’ 43.3°C filwaqt li kien hemm ukoll diversi jiem konsekuttivi li fihom it-temperatura massima laħqet jew qabżet it-42°C. Is-sħana qawwija kienet ħalliet l-effetti tagħha wkoll fuq is-sistema tal-elettriku, b’diversi lokalitajiet jispiċċaw mingħajr provvista minħabba domanda kbira għall-enerġija.Fl-aħħar jiem kellna ftit serħan, b’temperaturi ta’ madwar 32°C, aktar viċin dak li normalment nistennew f’nofs Awwissu.

Iżda jidher li dan mhux se jdum wisq. Il-baħar bħalissa jinsab sħun ħafna, b’temperatura ta’ madwar 31°C u mistenni jkompli jogħla fit-temperatura tiegħu matul il-ġimgħa d-dieħla.Mill-24 ta’ Awwissu sal-aħħar tax-xahar, mistennija mewġa oħra ta’ sħana ġejja mill-Afrika ta’ Fuq, bit-temperaturi Massimi li jistgħu jitilgħu sa 38°C.

Normalment il-mewġiet ta’ sħana jkunu aktar komuni bejn Mejju u nofs Awwissu, iżda din is-sena jidher li s-sajf se jibqa’ magħna kemxejn aktar.

Ritratti:

Facebook/ It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI