Il-Ministru Owen Bonnici qasam għall-ewwel darba ritratti li juru x-xogħol ta’ tindif u tneħħija ta’ materjal li sar fis-sit taċ-Cisterna della Quarantena fil-Belt Valletta mill-Awtorità tal-Artijiet. Permezz ta’ dan ix-xogħol, li sar taħt il-gwida tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, ġew mikxufa mini, arkati u strutturi storiċi li kienu midfunin taħt żewġ sulari torba.
Il-Ministru spjega li x-xogħol intemm fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet u rringrazzja lill-ħaddiema kollha li taw sehemhom sabiex is-sit seta’ jitnaddaf u jibda jsir ix-xogħol ta’ preparazzjoni teknika meħtieġ. Huwa żied li s-sit se jkun inkluż fil-lista ta’ proġetti ta’ restawr ippjanati mid-Direttorat tar-Restawr u Preservazzjoni.
Fl-istess waqt, il-Ministru appella lill-pubbliku sabiex jirrispetta dan il-wirt storiku u x-xogħol li sar biex jitnaddaf is-sit. "Xeni ta’ tfigħ ta’ skart u materjal ieħor ma jagħmlux ġieħ lil min iwettaqhom," sostna l-Ministru.
Facebook / Owen Bonnici