Jekk forsi għadek ma smajtx, Nostalġija huwa teleserje ġdid li se jibda mit-Tnejn 29 ta’ Marzu 2021. Tul dawn l-aħħar ftit jiem il-paġna fuq Facebook bdiet ixxandar sensiela ta’ informazzjoni dwar l-atturi li se jieħdu sehem f’Nostalġija.
Waħda mill-atturi hija Michela Galea, li se tkun qed tagħmel il-parti ta’ Ethel. “Għal Ethel din hi Love Story oħra. Meta l-qalb tħobb il-moħħ jieqaf jaħseb. Jirnexxielha taħseb b’moħħha u mhux b’qalbha?”
X’se jiġrilha eżatt Ethel? Għal darb’oħra, Nostalġija se jibda jixxandar mid-29 ta’ Marzu fuq TVM! Se tarah?
Facebook/Nostalġija