Il-personalità lokali Salvu Mallia saħaq li waħda mill-problemi ewlenin li qed taffaċja s-soċjetà llum il-ġurnata hija n-nuqqas ta’ dixxiplina. Fisser kif l-unika soluzzjoni li hu jara għal din il-prolbema hi li ż-żgħażagħ jibdew jagħmlu perjodu fil-lieva qabel ma jitħallew jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Intervistat minn Popolin, Salvu spjega kif fil-fehma tiegħu għandu jinħoloq korp li jagħti l-opportunità liż-żgħażagħ sabiex jaħdmu f’entitajiet bħall-Protezzjoni Ċivili fost xogħol komunitarju ieħor.
Saħaq li f’dan il-perjodu ż-żgħażagħ m’għandhomx neċessarjament jiġu mgħallma ħiliet relatati mal-isparar u l-armi kif diġà jsir f’pajjiżi oħrajn. Enfasizza li minflok iż-żgħażagħ Maltin għandhom jiġu mgħallma d-dixxiplina billi fost oħrajn jintalbu jagħmlu s-sodda tagħhom filgħodu kif ukoll jagħmlu xi eżerċizzji fiżiċi.
Intom x’taħsbu dwar dan is-suġġeriment?
Facebook / Popolin u ChatGPT