Il-komunità mużikali Maltija tinsab f’sogħba kbira wara li lbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Esmeralda Galea Camilleri.
Esmeralda kienet magħrufa għall-ħila straordinarja tagħha fuq il-pjanu u l-arpa, żewġ strumenti li f’idejha kienu jsiru mezz ta’ espressjoni profonda u spiritwali.
Illum żewġha Nathaniel Borg ħabbar id-dettalji tal-funeral. “Il-funeral tal-għażiża marti Esmeralda ser isir, nhar is-Sibt 21 ta Frar, 2026, fit-08.15 ta filghodu, fil-Knisja ta San Duminku (Lunzjata), il-Birgu. Min ma jkunx jista’ jattendi fiżikament jista’ jsegwiha live…”
Hu jirringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ appoġġ kontinwu għall-familjari f’dawn il-mumenti.
It-telfa ta’ Esmeralda Galea Camilleri tħalli vojt kbir fix-xena mużikali u fil-qlub ta’ dawk kollha li kienu jafuha. Madankollu, il-wirt tagħha jibqa’ jgħix permezz tal-mużika li ħalliet warajha u l-memorji sbieħ li ħolqot tul ħajjitha.