Il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament mill-qalb lil Ian, Daniel, u Peter li flimkien mal-familja u l-ħbieb tagħhom ħadu l-inizjattiva biex jorganizzaw avveniment li jgħaqqad in-nies u permezz tiegħu ġabru somma sabiħa bħala donazzjoni għal Puttinu Cares.
Fuq il-paġna kitbu, “Ian, Daniel u Peter flimkien mal-familja u l-ħbieb organizzaw majjalata mill-aqwa u rnexxielhom jiġbru €3200 għal Puttinu Cares! Grazzi minn qalbna lil kull min attenda, għen, u ta sehem f’dan l-avveniment sabiħ. Din is-somma se tgħin lil ħafna tfal u familji li verament għandhom bżonn is-sapport.”
Nirringrazzjawhom ta’ dan il-ġest nobbli. Kemm hu sabiħ li ngħinu lil ħaddieħor!
Facebook / Puttinu Cares