“Inħobbok Għal Dejjem. Grazzi Ta’ Dak Kollu Li Tagħmel Għalija” – Chanelle Cardona Lil Randell Pace F’Għeluq Sninu

Chanelle u Randell

Ilbieraħ kellha messaġġ mill-isbaħ x'tgħaddi l-preżentatriċi u attriċi Chanelle Cardona, indirizzat għall-imħabba ta' ħajjitha, Randell Pace. Lil Randell nafuh bħala attur lokali wkoll, riċentament rajnieh fost l-oħrajn waqt is-sensiliet PRN u Imħabba?

"Happy Birthday qalbni. Inħobbok għal dejjem. Grazzi ta dak kollu li tagħmel għalija. Inħobbok iktar milli jistgħu jiddiskrivu l-kliem," kitbet Chanelle. Qasmet filmat li juri diversi ritratti tagħhom flimkien li ċertament iġorru tant memorji sbieħ.

Awguri mill-qalb Randell! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ dejjem!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI