Celaine Buhagiar Bugeja u Pierre J Bugeja Jagħlqu 15-il Sena Miżżewġin – Nawgurawlhom!

tieg ta celaine u pierre

Illum huwa jum memorabbli għal Celaine Buhagiar Bugeja u żewġha Pierre J Bugeja, hekk kif qed jiċċelebraw l-anniversarju. Celaine qasmet ritratt minn dakinhar tat-tieġ u tfakkar dan il-jum prezzjuż li bla dubju hi tant gratha għalih.

Ritratt: Facebook/ Celaine Buhagiar Bugeja

Celaine u Pierre it-tnejn li huma nafuhom bħala personalitajiet lokali involuti fix-xena tal-ispettaklu. Celaine fejn jidħol il-palk u ż-żfin, apparti li hi preżentatriċi, waqt li lil Pierre rajnieh f'tant produzzjonijiet televiżivi b'mod speċjali, fosthom One Star Hotel u Dejjem Tiegħek Becky.

It-tim ta' Gwida.mt jawgura mill-qalb lil Celaine u lil żewġha Pierre. Nixtiqulkom ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Ritratt:

Facebook/ Celaine Buhagiar Bugeja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI