Justin Farrugia Kellu Sorpriża Sabiħa Mill-Kollega Tiegħu Steven F'Għeluq Sninu!

Ilbieraħ id-direttur u produttur ta’ wħud mill-aqwa drama li rajna f’pajjiżna, Justin Farrugia iċċellebra għeluq sninu. Imma għeluq sninu qattgħu jaħdem! Kien għalhekk li Steven Dalli d-direttur l-ieħor tal-kumpanija ‘Sharpshoot’ li ddeċieda jagħmilu sorpriża ħelwa.

Bħalissa dawn it-tnejn qed jipproduċu programm bl-isem ta’ “Il-kollezzjonist”, serje informattiva ħafna fuq kollezzjonisti Maltin. “MIngħalija li ser ikolli ġurnata xogħol normali u spiċċat biex kienet l-aqwa ġurnata apparti ħafna sorpriżi” jgħid Justin. Kien ilbieraħ li ffilmjaw programm ma’ Paul Vella li jikkolezjona l-kameras tar-ritratti, waħda mill-passjonijiet ta’ Justin! Mhux talli għamlu intervista fuq is-suġġett favorit ta’ Justin talli dan Paul tah kamera antika li bhala ma kellux u seta jżidha mal-kollezzjoni! “Xi ġmiel ta’ ġurnata” għalaq Justin.

Dan il-programm jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa, fis-6:30pm fuq TVM. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI