Fis-sigħat ta’ filgħodu tħabbar li Destiny, Keane Cutajar kif ukoll Gaia Cauchi se jkunu t-tlett preżentaturi fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla tal-Malta Eurovision Song Contest.
F’intervista ma’ TVAM, it-tlett preżentaturi saħqu li jinsabu entużjasti ferm għal din l-esperjenza.
Keane Cutajar semma li ilu jsegwi l-Eurovision minn meta kien għadu żgħir u sostna li minn dejjem kienet ħolma tiegħu li xi darba jippreżentah.
Nawguraw lit-tlett preżentaturi għal din l-esperjenza sabiħa!
Facebook / Malta Eurovision Song Contest