Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur u personalità maħbub minn ħafna Ivan Gaffiero. F’dan il-jum speċjali, Ivan ħalla messaġġ pożittiv dwar il-ħajja u l-esperjenzi li ltaqa’ magħhom tul is-snin li sawruh għall-persuna li hu llum.
Ivan jikteb, “Grazzi Mulej li tajtni sena ta’ saħħa oħra. Qed nikber imma ngħid aktar nimattura u nara l-affarijiet sbieħ tal-ħajja. Meta kont persuna negattiv jew naqta’ qalbi kont nara kollox ikrah imma illum le kburi li wasalt għall-età ta’ 49 sena u f’ħajti rajt min kollox.”
Hu jkompli jistqarr, “Rajt il-ferħ u t-tbatija. Rajt it-toqol tal-ħajja u bżajt li mhux sa nkun kapaċi nasal sa din l-età għax kont qtajt qalbi. Imma illum le. Illum lest ghal aktar età u aktar sfidi quddiemi. Irrid inkompli ngħix għax naħseb nista’ nkun viċin ta’ aktar nies.”
Fl-aħħar jgħid, “Irrid inkompli ngħix biex niskopri aktar is-sabiħ tal-ħajja u nkompli nkun qrib tant nies li-iħobbuni. Ma nixtieqx li ninfirdu għalissa imma nibqgħu ngawdu lil xulxin f’din l-art. Grazzi Mulej. Grazzi ħbieb. Grazzi lill-familja kollha.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Ivan l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu ġurnata mimlija b’dak li tixtieq qalbu u sena mimlija saħħa!