Bħalissa qed naraw storja ħelwa u emozzjonanti ddur fuq il-midja soċjali. Storja dwar kelb li xi darba kien jgħix fit-toroq u sab familja ġdida ma’ patrijiet Franġiskani ġewwa l-Bolivja.
Il-kelb, li llum sar magħruf bħala “Brother Whiskers” jew “Friar Bigotón”, ġie milqugħ fil-komunità reliġjuża wara li kien qed jgħix waħdu bħala kelb abbandunat. Illum il-ġurnata jidher jgħix ħajja ferm differenti: jilgħab, jiġri mal-patrijiet u saħansitra għandu lbies żgħir simili għal dak tal-patrijiet Franġiskani!
Ritratti tiegħu flimkien ma’ wieħed mill-patrijiet malajr infirxu fuq Facebook u Instagram, b’ħafna nies jiddeskrivu l-istorja bħala waħda “ta’ tama, imħabba u ċans ieħor għal ħajja aħjar.” Skont diversi sorsi li qed jiċċirkolaw onlajn, il-patrijiet mhux biss tawh kenn, iżda wkoll ħafna affezzjoni u kura. Ħafna kummenti faħħru dan il-ġest sabiħ lejn dan il-kelb grazzjuż seraq il-qlub ta’ bosta individwi.
L-istorja ta’ “Brother Whiskers” qed tfakkar lil ħafna dwar kemm dik id-daqsxejn ta’ imħabba kapaċi tbiddel kompletament il-ħajja ta’ dawn il-kreaturi tant innoċenti.
Instagram/ Viewsaddict