Kelba Ħelwa Ta’ Biss 10 Ġimgħat Qed Tfittex Id-Dar Dejjiema Tagħha

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Christa Cilia qasmet mas-segwaċi tagħha ritratt ta’ kelba ħelwa immens li bħalissa qed tfittex id-dar dejjiema tagħha.

Hi qalet, “din il-ġerwa ċkejkna li hija ta’ razza mħallta Frenchie u Chihuahua għandha biss 10 ġimgħat u qed tfittex dar mimlija mħabba u familja li lesta tikkometti. Verament li hi żgħira fid-daqs, imma għandha qalb kbira u għandha bżonn lil xi ħadd li ser jieħu ħsiebha b’ħafna paċenzja u mħabba.”

Żiedet, “kelb huwa mpenn għall-ħajtek, mhux biss moment. Jekk lest li ttiha l-imħabba u l-attenzjoni li tant jixirqulha, ibgħatli messaġġ. Ejja nsibulha d-dar perfetta għaliha!”

Ixxerjaw dan l-artiklu forsi ngħinu fil-proċess biex insibulha dar.





Facebook/Christa Cilia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI