Kyle Mercieca jkompli jgħid, “Kemm hi ħaġa verament sabiħa meta tagħmel żjara lil anzjani u l-persuni li dejjem jħossuhom weħidhom. Hija idea tajba li kull meta jkollkom ħin liberu u ma jkollkomx pjanijiet, taħsbu naqra f’dawk li jħossuhom weħidhom u dawk li jinsabu irtirati fid-djar tal-anzjani.”
Hu jkompli, “Hija xi ħaġa sabiħa ħafna kieku tagħmlu żjara lilhom ukoll ħalli dawn il-persuni jħossuhom ferħanin, jinsew id-dwejjaq kbar li jħossu, kif ukoll jħossuhom kuntenti li xi ħadd jżommillhom kumpanija.”
Kyle jżid, “Jien hekk nagħmel, kull meta jkolli ħin liberu, immur inżur id-Dar tal-Anzjani Residenza San Ġużepp tal-Fgura għax minn qalbi dejjem naqsam il-ferħ tiegħi ma dawn il-persuni ħalli jħossuhom ferħanin u kuntenti.”
Hu jtemm jgħid, “Minn qalbi nagħmel minn kollox biex narhom kollha bi tbissima u ma jħossuhomx weħidhom u jkollhom ma’ min jgħidu kelma.”