Kemm Ilhom Flimkien Carlo Gerada U Valentina Rossi? – Ilbieraħ Kien Jum Speċjali Għal Żewġ Raġunijiet!

Tard ilbieraħ filgħaxija, Carlo Gerada xeħet ritratt ta’ Valentina bil-kliem, “8 snin illum miegħek ifissru aktar għalija milli jista’ jgħid il-kliem. Inħobbok.” Ilbieraħ il-koppja mhux biss iċċelebraw jum San Valentinu iżda kienu qed jiċċelebraw ukoll l-anniversarju tagħhom.

Valentina u Carlo kellhom jgħidu iva lil xulxin u jingħaqdu fiż-żwieġ iżda minħabba l-pandemija dan l-avveniment kellu jiġi pospost għall-koppja lokali. Dawk li jsegwu lil Valentina u lil Carlo żgur indundaw li lbieraħ kien jum speċjali għalihom it-tnejn u fost l-affarijiet li spiċċaw jagħmlu flimkien kien hemm il-frawli biċ-ċikkulata mdewba.

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Valentina u lil Carlo aktar u aktar snin ta’ mħabba flimkien.





Facebook / Carlo Gerada



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI