L-attur Henry Zammit Cordina kiteb messaġġ iddedikat għall-għażiż missieru Harry, f’jum twelidu. Hu kien ħalla din id-dinja propju erba’ snin ilu.
“Nawguralek f’għeluq sninek fis-sema għażiż Papà… Kieku llum kont tagħlaq 92 sena llum… Ilek 4 snin, imma xorta nħossu ħafna n-nuqqas tiegħek u qatt ma ninsewk. Inħobbok Papà.”
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt insellmu l-memorja tiegħu.