Dame Cristina Bellizzi qasmet ħsieb ma’ dawk qrib tagħha u dawk li jafuha sew.
Hi kitbet, “10 snin sħaħ ngħix fid-dar ta’ Ħal Safi… 10 snin mimlijin memorji sbieħ, ferħ u paċi. Kienet dar eżatt kif dejjem xtaqt, dar li tatni wħud mill-isbaħ ġranet ta’ ħajti — kemm ġewwa fiha, kif ukoll fuq il-bejt bil-veduti sbieħ tagħha li tant kont inħobb. Imma fil-ħajja dejjem jasal mument fejn wieħed irid jagħmel pass ’il quddiem u jibqa’ joħlom… sakemm il-ħolma ssir realtà. Kien proprju bħal-lum, 10 snin ilu, meta xtrajt din id-dar u bdejt kapitlu sabiħ mimli tgawdija u memorji li qatt ma ninsa. U llum, kont għall-aħħar darba proprju s-sid tagħha. Nibqa’ niftakarha b’għożża kbira, għax kienet dar li dejjem tatni kuntentizza, paċi u pjaċir.”
Nawgurawlha għal dan il-kapitlu l-ġdid!
Facebook / Dame Cristina Bellizzi