"Kimberly Ħelset Mill-Uġigħ Imma Jien Għadni Hawn Inbati… Inħoss Li B'Ħafna Modi Diġà Mitt!" – Ingrid Sammut

Wara li tilfet il-battalja tagħha kontra l-kanċer l-omm żagħżugħa Kimberly Zammit, fuq il-mezzi soċjali esprimiet it-tbatija li qed tgħaddi minnha Ingrid Sammut hekk kif bħalissa qed tiġġieled il-kanċer.

“Għandi jdejja u saqajja ma jiffunzjonawx u saħansitra qed nitlef id-dawl minħabba l-kimoterapija,” saħqet Ingrid b’sogħba, fejn fissret kif minħabba dan sabet ruħha dipendenti fuq dawk ta’ madwarha.

“L-iktar ħaġa li tweġġgħani hi li ma nistax nipprepara lil binti għall-iskola,” kompliet l-omm iddispjaċuta li ddeskriviet ħajjitha bħala “sofferenza kontinwa” u li għalhekk ma tistax tgħix.

Ingrid ukoll sellmet il-memorja ta’ Kimberly u fissret kemm tammiraha għall-perseveranza tagħha minkejja t-tbatija li kienet għaddejja minnha hi wkoll.

“Ħabiba tiegħi Kimberly, it-tbatija tiegħek issa spiċċat, filwaqt li jien għadni hawn nara ħajti għaddejja,” temmet tikteb Ingrid fejn anke qasmet l-aħħar konverżazzjoni li kellha magħha.

Bosta kienu dawk li offrew is-sapport tagħhom lil Ingrid.





Kuraġġ, Ingrid!

Ritratti: Facebook / Ingrid Sammut



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI