KM Malta Żżid Rotta Ġdida Ta’ Tel Aviv Mal-Iskeda Tas-Sajf Tal-2026

KM Malta

KM Malta Airlines ħabbret l-akbar skeda tas-sajf fl-istorja tagħha, bi kważi 8,000 titjira u rotta ġdida lejn Tel Aviv bħala parti mill-programm estiż tas-Sajf 2026.

L-iskeda, li tibda mid-29 ta’ Marzu sal-31 ta’ Ottubru 2026, tinkludi 7,948 titjira fuq 19-il rotta u aktar minn 1.34 miljun seat, b’medja ta’ 262 titjira fil-ġimgħa matul l-aqwa staġun, operati minn flotta ta’ tmien ajruplani.

Fost l-iżviluppi ewlenin hemm servizz darbtejn fil-ġimgħa lejn Tel Aviv mis-27 ta’ Mejju 2026 (l-Erbgħa u l-Ħadd).

L-iskeda tinkludi wkoll titjira addizzjonali lejn Brussels, ir-ritorn tas-servizz staġjonali lejn Catania u aktar titjiriet lejn London Gatwick, biex b’hekk it-titjiriet lejn Londra jilħqu 23 fil-ġimgħa.

Il-linja tal-ajru se żżomm frekwenzi b’saħħithom fuq rotot ewlenin bħal London, Munich, Paris u Rome, b’titjiriet darbtejn kuljum. Iċ-Chairman Eżekuttiv David Curmi qal li din l-espansjoni tirrifletti investiment strateġiku fis-swieq importanti għat-turiżmu u n-negozju, filwaqt li ssaħħaħ il-konnettività ta’ Malta bħala destinazzjoni ewlenija fil-Mediterran.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI