Koppja żagħżugħa Amerikana qajmet furur fuq il-midja soċjali meta ftit jiem ilu ħabbret li ddeċidiet li ħa ttemm it-tqala tagħha hekk kif saru jafu li t-tarbija kien se jkollha l-kundizzjoni tad-down syndrome.
Irreaġixxiet għal din il-kontroversja fuq il-midja soċjali l-eks MP Romilda Zarb li stqarret li ma setgħetx tibqa’ siekta billi hi omm ta’ tifel li għandu din l-istess kundizzjoni.
Romilda fissret kif f’għajnejha binha huwa bil-wisq iżjed minn “tifel bid-down syndrome, iżda huwa fuq kollox tifel mimli mħabba, ferħ u potenzjal”.
L-eks MP tkellmet dwar kif diskors bħal dak użat minn din il-koppja Amerikana li jiddeskrivi persuni bid-down syndrome “bħala problema, piż, jew xi ħaġa li għandha tiġi evitata” jista’ jweġġa’ b’mod partikolari familji li jkollhom fihom persuni b’din il-kundizzjoni.
Fl-isfond ta’ din il-kontroversja, Romilda saħqet li hi determinata li tkompli tkun ta’ vuċi għal binha u għal tant oħrajn bħalu.
Instagram / Jesse Ridgway