“Kulħadd Mistieden Għal Quddiesa Fil-Jum Dinji Ta’ Talb, Riflessjoni U Azzjoni Kontra T-Traffikar Tal-Bnedmin” – Arċdjoċesi Ta’ Malta

L-Arċdjoċesi ta’ Malta kitbu messaġġ ta’ stedina għal quddiesa fil-Jum Dinji kontra t-Traffikar tal-Bnedmin. Huma saħqu li minkejja ż-żieda fl-infurzar, ħafna għadhom ibatu fis-skiet.

Kitbu, “Kulħadd mistieden għal quddiesa fil-Jum Dinji ta’ Talb, Riflessjoni u Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin li se ssir nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar fil-Kappella tal-Bon Pastur f’Ħal Balzan fl-4:30pm. Il-quddiesa hi organizzata mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u Yours in Christ u se tkun ċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.”



Żiedu jgħidu, “F’Malta, minkejja ż-żieda fl-infurzar, ir-rikonoxximent formali għall-vittmi tat-traffikar tal-bniedem għadu baxx, u ħafna għadhom ibatu fis-skiet. Dan ir-reat – spiss moħbi bħala xogħol bi rħis, xogħol domestiku, jew servizzi “konsenswali” – huwa l-iskjavità tal-lum. Il-Papa Ljun ifakkarna fil-bżonn ta’ karità Nisranija viżibbli u attiva fl-għażliet tagħna ta’ kuljum u biex insemmgħu leħinna fejn hemm bżonn kif ukoll biex neqirdu l-istrutturi inġusti li jagħmlu lin-nies vulnerabbli għall-isfruttament.”





Ritratti:

Facebook / Archdiocese of Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI