Is-sidien minn Tal-Villagg, wine bar pittoresk f’Ħal Lija, għadhom kif ħabbru li se jkun qed jagħlaq b’mod permanenti wara “seba’ snin mill-aqwa”. Huma kitbu,
“Inħolqu ħbiberiji ġodda u memorji mill-isbaħ. Għalhekk jien u Lucienne nixtiequ nirringrazzjaw lil kull wieħed u waħda minnkom li ġew iżuruna u appoġġajna tul dan il-vjaġġ twil.”
Bosta pwersuna kkummentaw fuq il-post sigħat wara li tħabbar l-għeluq ta’ dan il-bar, fejn ħadu ħsieb jirringrazzjaw lis-sidien minn Tal-Villagg għas-servizz tagħhom.
Barra minn firxa estensiva ta’ nbejjed u spirti, Tal-Villagg offra wkoll lill-klijenti varjetà ta’ ikel li tant kien għal qalbhom. Awguri għal dak li jmiss lis-sidien minn Tal-Villaġġ.