L-Arċdjoċesi ta’ Malta, fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, ħabbru li se jkollna tliet djakni ġodda.
Kitbu, “Għada l-Knisja f’Malta se jkollha tliet djakni ġodda, pass ‘il bogħod mis-saċerdozju: Fra Mauro Zammit OFM Conv, Bro. Matthew Alfino SDB u Bro. Raphael Axisa SDB. Illejla fit-8pm se ssir velja ta’ talb bi tħejjija għal din l-ordinazzjoni fl-Oratorju Salesjan f’Tas-Sliema.”
Żiedu jgħidu, “Nirringrazzjaw lill-Mulej ta’ din il-barka u nitolbu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi fl‑għalqa tiegħu.”
Nitolbu biex Alla jkompli jżomm idejh fuqhom matul dan il-pass important f’ħajjithom, u nirringrazzjawhom tal-ġid li qed jagħmlu f’pajjiżna, f’isem il-Mulej. Awguri għal dan il-kapitlu ġdid u eċitanti!
Facebook / Archdiocese of Malta