Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, Byron Camilleri, qasam messaġġ ta’ tifkira wara l-aħbar tal-mewt ta’ Jonathan Cardona.
Camilleri rrakkonta kif kull Milied kien jistenna rigal mingħand Jonathan, mhux għax kien xi rigal għali jew ta’ valur materjali, iżda għax kien jirrifletti l-personalità unika tiegħu. “Kull Milied kont nistenna r-rigal ta’ Jonathan Cardona. Ma kienx jiswa flus, anzi ftit li xejn. Imma hemmhekk kien joħroġ il-karattru tiegħu,” kiteb il-Ministru.
Huwa żied li diffiċli jiddeskrivi b’mod sħiħ dawn ir-rigali, li baqgħu mfakkra għal kemm kienu kreattivi u sinifikanti.Fi tmiem il-messaġġ tiegħu, Camilleri sellem il-memorja tal-ħabib tiegħu bil-kliem “Strieħ fis-sliem Jon. Grazzi ta’ ħidmietek u l-ħbiberija.”
Fb/ Byron Camilleri