“Kull Pass, Kull Mixja, Kull Demgħa, Kull Ġlieda – Inħares Lejk Bi Kburija” – Lorinda Mamo

Lorinda Mamo kitbet messaġġ lil binha biex turi kemm hi kburija bih hekk kif spiċċa sena skolastika oħra.

Mill-qalb kitbitlu, “Kull pass, kull mixja, kull demgħa, kull ġlieda – inħares lejk bi kburija. Irnexxielek timxi ‘l quddiem u għalkemm naf li mhux faċli, inti tgħallimni nitbissem u tinkoraġġini nkompli nħares ‘il quddiem, għalik u miegħek.”

Żiedet tgħid, “Sena oħra għaddiet u issa jibda s-sajf. Jiena lesta għall-avventuri ġodda ta’ dan l-istaġun u grata ħafna li qegħdin fuq dan il-vjaġġ flimkien, jiġri x’jiġri.”

Kemm aħna kburin bih l-għażiż Henry! Nawgurawlu għal din is-sena skolastika li għadu kif lesta u nisperaw li jkollu sajf mill-aqwa!

Instagram / @abirdwithafrenchfry







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI