Kumpanija Ġermaniża Toffri Li Tiffriżalek Ġismek Biex Tqajmek Fil-futur Għal Kważi 200,000 Ewro

Kumpanija Ġermaniża bl-isem ta’ Tomorrow Bio, qed toffri servizz futuristiku li jista’ jibdel il-ħolma tal-immortalità f’realtà futuristika.

Il-kumpanija toffri servizzi ta’ krijopreservazzjoni, li jfisser li se jiffriżaw il-ġisem tiegħek wara l-mewt u, fil-futur, iġibuk lura għall-ħajja meta t-teknoloġija tavvanza biżżejjed biex tagħmel dan possibbli.

Tomorrow Bio qed titlob madwar $200K għall-preservazzjoni tal-ġisem kollu u madwar $80,000 għall-preservazzjoni tal-moħħ biss.

F’dan il-proċess, il-ġisem jitkessaħ għal -198 grad Celsius, u jidħol fi stat imsejjaħ ‘biostasis.’ F’dan l-istat, il-proċessi bijoloġiċi kollha jieqfu b’mod indefinit, u b’mod effettiv iqiegħdu lill-persuna f’animazzjoni sospiża sa qawmien mill-ġdid fil-futur.

S’issa, il-kumpanija ppreservat sitt persuni u ħames annimali domestiċi, b’aktar minn 650 individwu li ħallsu għas-servizz u qed jistennew min-naħa tagħhom għall-preservazzjoni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI