Fuq il-programm televiżiv Popolin illejla l-preżentatur Quinton Scerri qed jieħu l-mistoqsijiet tan-nies fuq Facebook dwar il-vaċċin tal-Covid-19 u qed jirrispondihom lil Prof. Michael Angelo Borg.
Mara staqsiet x’inhuma eżattament is-side-effects tal-vaċċin.
Prof. Borg wieġeb bi tliet side-effects:
- Jista’ jkollok ftit telqa
- Jista’ jkollok ftit uġigħ fejn kellek l-injection għax ovvjament l-injection ittiha fil-muscle
- Jista’ jkollok xi deni
Hu kompla billi qal hekk: “L-importanti ngħidu li speċjalment fit-tieni doża, kważi titlob li jkollok ftit side-effects. Dik juri li t-tilqima qed taħdem. It-tilqima tagħmel mimicking tal-infezzjoni ovvjament bi grad ħafna iktar baxx. Jekk int ikollok dawn is-sintomi, int qed isserraħ moħħok li ġismek qiegħed jaħdem fuq il-vaċċin u qed ikollok l-immunità.”
Facebook/Popolin