Meta jkollna mewġa ta’ sħana qawwija ħafna huma n-nies li jitilfu l-aptit jew iħossuhom għajjenin wara li jieklu. Dan għaliex ikel tqil u sħun jesiġi ħafna enerġija biex jiġi diġerit – u fi klima sħuna, il-ġisem diġà qed jaħdem żżejjed biex jibqa’ frisk.
Skont il-British Nutrition Foundation, l-aħjar għażliet huma ikel ħafif u b’ħafna ilma, bħall-frott frisk Malti tas-sajf. Dulliegħ, bettiegħa, għeneb, huma kollha għonja fl-ilma u zokkor naturali li jagħtuk enerġija u idratazzjoni bla piż żejjed fuq l-istonku.Minflok platti tqal jew moqli, għażel ikel kiesħ u faċli biex tiddiġestih, bħal insalati, jew xi ftira taż-żejt b’naqra żejt taż-żebbuġa.
Li wieħed jixrob l-ilma ukoll huwa essenzjali – ilma kiesaħ b’biċċiet tal-frott, lumi u menta jgħin biex iġġedded l-elettroliti u tnaqqas l-għeja. Meta jagħtik sħana kbira, agħżel platti ħfief mhux li jkunu tqal. Il-ġisem tiegħek jirringrazzjak – u moħħok ukoll.