L-attur lokali Henry Zammit Cordina kiseb suċċess internazzjonali wara li ngħata l-premju Best Actor in a Short Film waqt it-tielet edizzjoni tal-Miracle Makers International Film Festival, li saret f’Newport Beach, f'California.
Il-premju ngħata għall-interpretazzjoni tiegħu tal-karattru Paul of Tarsus fil-film qasir Onesimus. Skont ir-riżultati uffiċjali tal-festival, il-film kiseb ukoll rikonoxximent fil-kategorija tal-iskript, b’Felicia Cameron imsemmija bħala r-rebbieħa tal-Best Teleplay, Pilot or Web Series Script għal Onesimus.
F’messaġġ ta’ ringrazzjament, Henry esprima l-apprezzament tiegħu lejn it-tim kollu tal-produzzjoni, fosthom il-produttur eżekuttiv Chris Johnson, il-kittieba Felicia Cameron u Aleksa Ristovic, kif ukoll l-organizzaturi tal-festival.
Dan is-suċċess ikompli jsaħħaħ il-preżenza ta’ talent Malti fix-xena ċinematografika internazzjonali, b'artisti lokali jiksbu dejjem aktar rikonoxximent lil hinn minn xtutna.