Awguri Lil MP Miriana Calleja Testaferrata De Noto Li Llum Tagħlaq 31 Sena

Jum speċjali għall-Membru Parlamentari, Miriana Calleja Testaferrata de Noto, li llum qed tiċċelebra għeluq il-31 sena tagħha.

F’din l-okkażjoni, Miriana qasmet messaġġ qasir iżda mimli gratitudni, hekk kif irringrazzjat lil dawk kollha li ħasbu fiha u bagħtulha l-isbaħ xewqat.“31 illum 🥳 Grazzi lil kulħadd tal-awguri tagħkom! ❤️” kitbet l-MP, f’messaġġ li juri l-apprezzament tagħha lejn kull min ħa ftit ħin biex jawguraha f’dan il-jum partikolari.

Għal min ma jafx, Miriana hija avukata b’enfasi fuq kwistjonijiet ċivili u gradwata fl-Istudji Ewropej. Hija daħlet fil-ħajja politika b’interess partikolari f’oqsma bħaż-żgħażagħ, is-saħħa mentali u l-ambjent. Fl-2026, ġiet eletta għall-Parlament Malti u bħalissa hija Membru Parlamentari.

It-Tim ta' Gwida.mt ukoll jawgura lill-MP l-isbaħ xewqat, kif ukoll sena mimlija ferħ, saħħa, suċċessi u mumenti sbieħ flimkien ma’ dawk kollha għal qalbha.

Ritratti:

Facebook/Miriana Calleja Testaferrata de Noto

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI