L-attriċi maħbuba u magħrufa ma’ kulħadd Rachel Micallef minn dejjem tixħet kliem jew ritratti li jagħtu sens ta’ pożittivita. Ir-ritratt li xtaqet taqsam illum imur lura snin ilu.
“Kull tant żmien din l-istampa titla’ bħala memorja. Qed naqsamha hawn magħkom għax dak iż-żmien kont inħossni tajba u ħajti kienet tajba. Imma ma kontx naf x’hemm aħjar sakemm indunajt li l-ħajja tista’ tkun ħafna aħjar.”
Fil-fatt Rachel qassmet dan ir-ritratt biex isservi ta’ motivazzjoni għal min jixtieq itejjeb aktar ħajtu. Ovvjament hawn kienet qed tirreferi għall-piż, iżda dan il-messaġġ nistgħu napplikawh għal diversi ċirkustanzi li tippreżentalna l-ħajja.
Prosit Rachel talli dejjem tkun ta’ ispirazzjoni pożittiva għalina lkoll!
Facebook/ Rachel Micallef