L-Attur Jon Bernthal Jgħid Li L-Biża’ Mill-Klieb Pit Bull Hija Redikola U Jqabbilha Mar-Razziżmu 

L-attur Jon Bernthal, li ħafna jiftakruh għar-rwol tiegħu f’The Walking Dead u li bħalissa qed jieħu sehem f’żewġ films kbar, The Odyssey u Spider-Man: Brand New Day, reċentement kien mistieden fil-programm The Howard Stern Show, fejn tkellem dwar il-klieb.

Bernthal irrakkonta kif fl-2009 kien ġie arrestat wara li ta daqqa ta’ ponn lil raġel li kien qabad il-kelb tiegħu tat-tip pit bull waqt li kienu qed jimxu. Huwa sostna li l-klieb tiegħu huma mħarrġa sew u ma attakkawx lir-raġel li kien ipprovokahom.

Bernthal stqarr ukoll li r-reputazzjoni ħażina li għandhom il-klieb pit bull hija inġusta u li n-nies għandhom jieqfu minn dan l-atteġġjament. "Huwa sempliċiment razziżmu. Huwa razziżmu kontra l-klieb. Li tibża’ minn razza ta’ kelb hija xi ħaġa kompletament redikola. Hija bħal meta tibża’ minn xi ħadd minħabba r-razza jew l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. Hija xi ħaġa assurdissima," qal Bernthal. Huwa kompla jgħid: "Ara, jekk jigmdek pit bull, mhux se tkun esperjenza pjaċevoli. Iżda m’hemmx probabbiltà akbar li jigmduk milli kieku jkun Chihuahua jew kelb ta’ razza oħra."

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI