Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom it-temp previst għall-bqija ta’ dil-ġimgħa.
Qalu, “Il-Ġimgħa xemxi b'riħ punent forza 3 għal 2. Temperatura l-ogħla tmiss 35°C u l-inqas 26°C. Is-Sibt xemxi b'riħ ħafif forza 3 li wara nofsinhar imiss forza 4 u jerġa’ jinżel forza 2 ma nżul ix-xemx mill-Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss is-37°C u ħa tinħass 42°C u l-inqas 26°C
Żiedu, “Il-Ħadd xemxi b'riħ majjistral li jispiċċa varju wara nofsninhar. Temperatura l-ogħla tmiss 37°C u ħa tinħass 41°C u l-inqas 27 °C. Ebda Maltemp mhu previst għal ġimgħa d-dieħla.”