“F’Isem Il-Kumitat U L-Membri Kollha Tal-Għaqda Tagħna, Nawgurawlek Kull Suċċess, Nicole!” – Ghaqda Festi Esterni Ssma Trinita Marsa

Riċentament, Miss World Malta kompliet il-vjaġġ tagħha fejn ser tkun qed tirrappreżenta lil Malta ġewwa l-Vjetnam. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Ghaqda Festi Esterni SSma Trinita Marsa qasmu l-awgurju tagħhom.

Huma qalu, “L-Għaqda Festi Esterni Ssma. Trinità Marsa tixtieq tgħaddi l-isbaħ xewqat u l-appoġġ tagħha lil Miss World Malta, Nicole Spiteri, li bħalissa bdiet il-vjaġġ tagħha lejn il-Vjetnam! Nicole se tkun qed tingħaqad mal-parteċipanti l-oħra kollha minn madwar id-dinja għall-edizzjoni ta' Miss World 2026. Din hija sena speċjali ħafna hekk kif se jkun qed jiġi ċċelebrat it-73 anniversarju minn mindu beda jiġi organizzat dan l-akbar konkors tas-sbuħija, b'bosta ċelebrazzjonijiet kbar li se jilħqu l-qofol tagħhom fil-finali tas-Sibt, 5 ta' Settembru.”

Żiedu, “F'isem il-kumitat u l-membri kollha tal-Għaqda tagħna, nawgurawlek kull suċċess, Nicole! Ninsabu ċerti li f'din l-esperjenza mill-isbaħ se tagħmel l-aħjar tiegħek u tkompli tagħmel lil pajjiżna kburi.”

Awguri!

Ritratti:

Nicole Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI